Skip to main content
https://www.youtube.com/watch?v=sZ2t88ifnag

The official radio
station of the
University of Malta

Listen LiveListen Live

 

Shows on Campus

Image

Nisa Minsija

Image

Għal Fejn Illejla?

Image

Campus Breakfast

Image

Autograph

Image

Andrew fuq 103.7

Image

KidTalks

Image

Ħelsien

Image

Taħdita-Clio

Nisa Minsija

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Coryse Borg

Tiġi diskussa flimkien ma mistieden/a mara waħda minn dawn il-‘Minsijin’, għal kull program kif ukoll fejn jidħlu n-nisa fl-istorja; mod aktar ġenerali – Per eżempju nies minn NGOs tan-nisa, soċjologi, nisa prominenti fil-qasam tagħhom eċċ… nies li jsostnu l-idea li n-nisa għandhom post fl-istorja, fil-passat, fil-preżent u fil-futur.

Tul: 60 minuta

Image

Nisa Minsija

Name:Coryse Borg

Għal Fejn Illejla?

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Colin Fitz

Tkompli s-sensiela popolari Ghal fejn illejla,fejn Colin Fitz jiddiskuti episodji mix-xena tad-divertiment f’pajjizna lura fis- snin permezz ta’ diversi mistiedna fl-istudio.

Tul: 60 minuta

Image

Għal Fejn Illejla?

:Colin Fitz

Campus Breakfast

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Antonella Galea Loffreda

Programm radjofoniku li qed jixxandar b’mod dirett kuljum fuq Campus 103.7 bejn il-ħin tas-7:00 u l-10:00 ta’ filgħodu. L-għan ewlieni tagħna hu li nwasslu programm li jappella u jattira udjenza vasta u għaldaqstant il-kontenut ser ikun wieħed leġġer illi primarjament jiffoka fuq lifestyle u divertiment. Ma jistax jonqos illi l-programm iservi wkoll bħala għodda sabiex titwassal informazzjoni edukattiva u kulturali kif ukoll bħala leħen l-Università ta’ Malta. Campus Breakfast qed jagħti spazju mhux biss lill-għaqdiet tal-istudenti iżda wkoll lid-diversi fakultajiet li permezz tal-intervent tagħhom tul l-iskedi sejrin mhux biss iżommu lis-semmiegħa infurmati dwar diversi aspetti iżda saħansitra jippromowovu l-korsijiet ta’ studju illi toffri l-Università.

Tul: 180 minuta – mis-7:00am sal-10:00am

Image

Campus Breakfast

:Antonella Galea Loffreda

Autograph

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jeannette Axisa

L-edukazzjoni vokazzjonali tradizzjonalment dejjem tqieset bħala tabù, li hija segwita minn studenti b’inqas intelliġenza, studenti li ma jkomplux jew li għandhom ‘challenging behavior’ u li ġejjin forsi minn background soċjali mhux daqshekk tajjeb. Però l-esperjenza ppruvat li dan kollu mhux minnu. Din is-serje se tiddiskuti, permezz ta’ stejjer ta’ suċċess, li l-edukazzjoni vokazzjonali twassal ukoll għal suċċessi fil-karrieri.

Tul: 60 minuta

Image

Autograph

:Jeanette Axisa

Andrew fuq 103.7

Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Andrew Azzopardi

Diskussjoni s-Sibt filgħodu b’temi kurrenti u kontroversjali li jolqtu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Dan it-tip ta’ programmar se joħloq dibattitu ‘LIVE’ fl-istudjo fuq ġrajjiet kurrenti bl-istil uniku ta’ Andrew Azzopardi.

Tul: 180 minuta

Image

Andrew fuq 103.7

:Andrew Azzopardi

KidTalks

Pharrah J. Debono

Sensiela imtellgha f’kollaborazzjoni mal-Maltese Paediatric Association. Sensiela li se tiddiskuti id-diversi oqsma tal-pedjatrija u problemi medici komuni li qed jaffetwaw lit-tfal f’pajjizna.

Tul: 60 minuta

Image

KidTalks

:Pharrah J. Debono

Ħelsien

Claudia Gauci & Leanne Ellul

Programm ta’ siegħa li jesplora r-rumanz tal-1939 miktub minn Ġużè Bonnici, Ħelsien. Claudia Gauci u Leanne Ellul jaqraw ir-rumanz u jikkummentaw dwar il-karattri, it-tematika, l-isfond stortiku u dak kollu li jagħmel ir-rumanz li hu. Dan ir-rumanz huwa mistħarreġ mill-qrib mill-istudenti fil-postsekondarja u għaldaqstant il-programm għandu jiswiehom ta’ għajnuna. Fl-istess waqt, għandu jkun programm pjaċevoli għal kull min iħobb storja intriganti u xi ftit mużika Maltija wkoll.

Tul: 60 minuta

Image

Ħelsien

:Claudia Gauci & Leanne Ellul

Taħdita-Clio

Liam Gauci u Emanuel Buttigieg

Dan il-programm sponsorjat jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci jkomplu jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens min dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja.

Tul: 30 minuta

Image

Taħdita-Clio

Name:Liam Gauci u Emanuel Buttigieg

On Demand

Image

Education

Image

Film

Image

Interviews & Discussions

Image

Maltese Language & History

Image

Public Lectures

Image

Religion

Image

Theatre

Image

Visual Arts

Image

World History & Culture

From Our Socials

4 days ago

Andrew fuq Campus 103.7 - 17/10/2026

Part 1 - Xi jridu n-nies?
Part 2 - Riforma, u riforma, u nerġgħu riforma.
Part 3 - Krematorju, imma basta mhux wara darhna.
Part 4 - Partit jissaħħaħ u tmexxija tibqa’ lura?
... See MoreSee Less
View on Facebook

4 days ago

View on Facebook

4 days ago

View on Facebook